L-eks President ta’ Malta Ugo Mifsud Bonnici llum se jkun qed jiċċelebra għeluq sninu. Hu kien il-ħames President ta’ pajjiżna, mill-1994 sal-1999.
Fuq il-midja soċjali, it-tifel tiegħu, Carm Mifsud Bonnici, żvela: “Illum missieri jagħlaq 88 sena. Grazzi mill-qalb lil dawk li tul ħajtu kienu warajh fil-ħidma li wettaq għal ġid ta’ pajjiżna.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lill Dr. Mifsud Bonnici ġurnata mill-isbaħ. Awguri mill-qalb!