L-Enemalta Bħalissa Għaddejja B’Xogħol Ta’ Rinfurzar Fis-Sistema Tad-Distribuzzjoni

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Dipartiment tal-Informazzjoni qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rogward xogħol ta’ rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni.

Huma qalu, “L-Enemalta għaddejja b’xogħol ta’ rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni. Bil-kollaborazzjoni ta’ Infrastructure Malta u Transport Malta, qed jitpoġġew 6.4 kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art. Dan bil-għan li jissaħħaħ in-network tal-elettriku f’Ħal Għaxaq u l-madwar, u tiżdied il-flessibilità fin-network f’każ ta’ diffikultajiet. Dan il-proġett huwa parti mill-proġett ta’ 60km ta’ cables ġodda taħt l-art f’21 lokalità madwar Malta u Għawdex.”

Żiedu jgħidu, “Matul din is-sena, f’Ħal Għaxaq, l-Enemalta se tkun qiegħda wkoll tikkummissjona żewġ substations ġodda u tkompli taħdem fuq in-network tal-vultaġġ baxx. Fil-fatt, fix-xhur li għaddew, l-Enemalta għamlet bosta xogħlijiet fuq low voltage feeders ġodda fil-qalba tar-raħal u kkummissjonat substation ġdida.”

Qalu wkoll, “Min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, sar investiment biex tittejjeb l-infrastruttura tad-drenaġġ u tal-ilma tax-xorb. Il-proġett, li issa wasal fl-aħħar stadji u li hu skedat biex jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin, għandu l-għan li jiżgura li n-network tal-Korporazzjoni jkun mgħammar bis-sħiħ biex jissodisfa kemm id-domanda attwali kif ukoll dik futura, u jsaħħaħ il-missjoni tal-Korporazzjoni li tipprovdi servizzi effiċjenti lill-komunità.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI