Waqt li l-Prim Ministru Dr. Abela ħa ħsieb jagħti l-kondoljanzi tiegħu lil dawk il-familji kollha li ġarrbu telfa ta’ familjari kawża tal-Covid-19, tkellem dwar is-sitwazzjoni tar-rata ta’ mortalita f’pajjiżna.
Dr. Abela jammetti li dan hu mument ikrah u ta’ dispjaċir kbir hekk kif il-pandemija ħakmet aktar minn 40 persuna li spiċċat tilfet ħajjitha minħabba l-Covid-19. Madanakollu jgħid li Malta hawn min bassar sitwazzjoni ħafna agħar milli qiegħda: “L-esperti kienu basru li se jmutu eluf f’Malta kważa tal-Covid-19”.
Dan kien tbassir allarmanti li jekk naħdmu flimkien, żgur li mhux ser ikollna sitwazzjoni daqshekk makabra.