L-Ewwel Bar Tan-Nudisti Ġewwa Londra

Li tiġi għarwien, ser ikollha tifsira differenti milli tkun infaqt flusek kollha f’dan il-bar f’Londra!

Wara pinta birra jew tnejn, ilkoll nafu li l-kunfidenza tgħola ftit, u jekk ikollok aptit tneħħi ħwejjġek f’dan l-istabbiliment, tista’; u legalment ukoll, għaliex dan il-bar għada kemm inħarġitlu l-liċenzja tan-nudiżmu…iva apparentament teżisti din!

Dan il-bar ilu miftuħ mill-1847 ġewwa l-qalba ta’ Londra, u kull tant żmien ibiddel id-dehra tiegħu. Mhux qed nitkellmu fuq passata żebgħa jew imwejjed ġodda, iżda jibdel l-idea tiegħu kompletament. Riċentament kien immirat għal persuni vegani u issa ser jipprova jiġbed in-nudisti!

Il-proprjetarju tal-istabbiliment, Alistair Choat ammetta li t-triq legali mhux faċli biex seta' jikseb il-liċenzja biex ikun jista jkompli bil-pjan tiegħu, iżda issa li rnexxilom jagħmlu dan, qed jippjanaw li aktar tard dan ix-xahar jorganizzaw l-ewwel lejla nudista, u jaraw kif imorru minn hemm.

Min jaf kemm tinqala’ kontroversja kieku jiftaħ stabbiliment simili hawn Malta. Kieku tmur tixrob xarba ma' sħabek?

Twitter / @LPtravelnews

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI