Il-preżentatur u DJ Michel Galea il-Mixu kontinwament iħabbar b’xi progress li għamel fuqu nnifsu. Bħal ħafna għandu tir li dejjem jaħdem għalih u ma jaqtax qalbu. Ftit ilu hu tefa’ post fuq il-midja soċjali fejn ma kellux progress kbir, iżda kien ċert li ser jibqa’ jissielet biex jasal fejn irid.
View this post on Instagram
Madanakollu ma damx ma għamel progress ikbar, hekk kif illum xerred ritratt tiegħu fejn tidher id-differenza li kien hemm f’9 xhur. “Fost attakki ta’ paniku, ħafna tlugħ u nżul, dubju dwari innifsi, biża ‘u uġigħ, il-mument li ħassejt li se nieqaf, l-univers fakkarni fejn wasalt.”
Fil-fatt il-Mixu kiteb li, “100 kilogramma l-ewwel darba f’21 sena.” Il-pass li jmiss hu li jinżel taħt il-mija. Is-segwaċi u dawk li jafuh kkummentawlu u awgurawlu biex jibqa’ sejjer hekk u ferħulu. Prosit Mixu u ibqa’ issielet għal dak li trid!
View this post on Instagram