Saru 1,114 test f’dawn l-aħħar 24 siegħa u minnhom instab każ wieħed pożittiv. Dan il-każ huwa każ minn Malta u l-persuna kien qed juri s-sintomi. It-total ta’ każi li kellna f’pajjiżna issa laħaq 680.
Bħala każijiet ta’ nies li rkupraw kellna 665, disgħa tilfu ħajjithom u sitta jinstabu pożittivi. Nittamaw li n-numri jinżammu baxxi u dawk pożittivi ma jdumux ma jfiqu. Flimkien nibqgħu niġġieldu l-ġlieda.