Ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali tagħha Claudia qasmet aħbar sabiħa mmens, “L-ewwel ġurnata tal-ġimgħa ma setgħetx bdiet aħjar. Mort niltaqa’ ma’ Heath illi kien wieħed mill-għalliema tiegħi waqt il-Baċellerat kif ukoll is-supervisor tat-teżi. Wiċċna jixhed kemm kien mument sabiħ meta tajtu r-riċerka li għamilt u li lestejt anki grazzi għas-sapport tiegħu.”
View this post on Instagram
Hi trodd ħajr lil persuna li għena, “Id-determinazzjoni u l-enerġija pożittiva tiegħu ispirat mhux lili biss imma ħafna studenti oħra bħali li kellna l-opportunità illi niltaqgħu miegħu. Grazzi ta’ kemm tħobb xogħlok u ta’ kemm tifhem il-perspettiva tal-istudenti tiegħek. Nixtieqlek ħafna affarijiet sbieħ għax tassew meritati.”
Sabiħ li naraw l-apprezzament tal-istudent.
View this post on Instagram
Instagram / Claudia Faniello