“L-Ewwel Lejl Tal-Malta Veterinary Emergency Service Kien Suċċess” – Il-Ministru Anton Refalo Jħabbar Li Kien Hemm 4 Każijiet Ta’ Emerġenza!

Il-Ministru Anton Refalo fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħabbar li fl-ewwel lejl tal-operat tal-Malta Veterinary Emergency Service ġew irreġistrati erba’ każijiet ta’ emerġenza, li kollha ġew indirizzati b’suċċess.

Hu kiteb, “L-ewwel lejl tal-Malta Veterinary Emergency Service kien suċċess. Għalkemm bħalissa ninsab Brussell fuq xogħol relatat mal-Kunsill tal-Agrifish, sibt ftit ħin biex niċċekkja l-andament tal-ewwel lejl mindu fetħet il-klinika.”

Il-Ministru spjega wkoll li l-operat mexa skont kif kien ippjanat, u li t-tim mediku veterinarju kien preparat biex jindirizza s-sitwazzjonijiet li qamu. “B’kollox ġew trattati 4 każijiet ta’ emerġenza, u kollox mexa kif ippjanat,” kompla jikteb.

Huwa temm billi saħaq fuq l-impenn kontinwu favur il-benesseri tal-annimali, u qal, “Inkomplu nxammru l-kmiem u naħdmu bla waqfien favur l-ikbar ħabib tal-bniedem,” messaġġ li ġie milqugħ b’mod pożittiv minn bosta segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali.

Agħfsu hawn biex taraw il-filmat ġewwa l-klinika.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI