Ryan Saliba kiteb appell imqanqal fuq facebook fejn tenna li ltaqa’ ma’ artist Roderick Brincat li huwa l-ewwel persuna f’Malta li qatt iltaqa’ miegħu li jinsab bla saqaf fuq rasu. Ryan qal li dan il-ġuvni għandu bżonn ftit qalb tajba.
Jidher li Rodrick huwa artist fuq il-canvas fejn ipenġi bi stil surrealistiku, iżda lest ipenġi dak li jkun jixtieq minnu dak li jkun. Dan qed jagħmlu biex jaqla’ ftit għixien biex ikun jista’ jgħix.
Ryan kiteb li qatt ma ltaqa’ ma’ sitwazzjonijiet hekk f’pajjiżna iżda dejjem esperjenzahom barra minn xtutna. Jekk tridu tagħtu l-għajnuna ġentili tagħkom, tistgħu tkellmu lil Ryan fuq facebook tiegħu u jtikom kuntatt tiegħu.
J’Alla nagħmlu l-ġid permezz ta’ dan l-artiklu wkoll minn Gwida.mt!
Ritratt: Facebook/ Ryan Saliba