Dr Lynn Chircop Faure qasmet messaġġ mill-aktar emozzjonanti u mimli mħabba lil ommha fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Fuq il-midja soċjali, hija sellmet lil ommha b’kliem mill-qalb, fejn irringrazzjatha għall-preżenza tagħha fil-ħajja ta’ dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jiltaqgħu magħha.
“Prosit f’jum għeluq sninek, mammina. L-eżistenza tiegħek hija barka għal kull min, b’xi mod jew ieħor, qasam mument minn ħajtu miegħek,” kitbet Dr Chircop Faure. Hija awgurat ukoll lil ommha tgawdi l-ġurnata tagħha fuq il-baħar, filwaqt li esprimiet ix-xewqa tagħha li jkollha kull ferħ li jistħoqqilha.
“Jixraqlek il-kuntentizza kollha fid-dinja. Nitolbu lil Alla biex ibierek lilek, iżommok b’saħħtek u jipproteġik dejjem,” kompliet tikteb. Dr Chircop Faure temmet il-messaġġ tagħha b’dikjarazzjoni sempliċi iżda qawwija, “Inħobbok.”
Minn naħa tagħna ningħaqdu fl-awguri lil omm Dr Lynn Chircop Faure f’dan il-jum speċjali.
Facebook / Dr Lynn Chircop Faure