"L-Għalliema Qaltli Messni Qiegħda Ġo Skola Tas-Subien" – Persuna Li Ġarrbet Stigma Kbira Minn Ċkunitha Iżda Llum Għandha Familja Kompluta

Maria ‘Scooby Cuschieri hi persuna li batiet immens minħabba stigma li dejjem użaw kontriha ta’ madwarha minn ċkunitha. Madanakollu tgħid li “nagħżel li dejjem niġġieled kontra l-kurrent” u llum għandha familja kompluta li tinsab dejjem warajha.

Cuschieri tirrakkonta kif anke fl-iskola ġarrbet ħdura u tgħajjir anke minn għalliema. Dan kollu għax għażlet li taċċetta lilha nnifisha u tgħix ħajjitha. Madanakollu tisħaq li maż-żmien sabet mod mill-isbaħ kif tgħin lil ħaddieħor ma jbatix bħal ma bagħtiet hi, kemm fejn tidħol orjentazzjoni sesswali kif ukoll saħħa.

“Għadni kif ħadt l-aħbar li għandi l-kanċer. Imma taf xiex? Jien imbierka wisq – għandi l-maħbuba tiegħi, lil ibni u l-familja li jappoġġjawni b’kull mod, x’irrid aktar?” – fil-fatt minkejja s-sitwazzjoni diffiċli li sabet ruħha fiha kompliet turi kemm hi persuna soda u determinata li tibqa’ tissielet. 





Minn qalbna nawghuraw lil Maria l-isbaħ futur mimli mħabba, saħħa u kuntentizza. J’Alla tibqa’ żżomm sod!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI