Il-booster tal-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19 jidher li se jkun arma b’saħħitha sabiex dak li jkun inaqqas iċ-ċans li jaqbdu dan il-virus.
Aktar kmieni llum id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fl-ewwel ġranet tax-xahar ta’ Diċembru l-għalliema u dawk il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa se jkunu qed jingħataw dan il-booster.
Fearne qal ukoll li sal-lum ingħata b’kollox l-ammont ta’ 20,000 doża tal-booster.