L-għalliema u l-istaff fl-iskejjel se jibdew jiġu mlaqqma f’madwar sitt ġimgħat meta jispiċċa t-tilqim li għaddej bħalissa, dan ġie ikkonfermat mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne mas-sit The Malta Independent.
Waqt konferenza stampa nhar it-Tlieta, Fearne ta aġġornament fil-qosor dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 ġo pajjiżna. Mil-lum, 43,000 doża se jingħataw b’kollox, filwaqt li 12,000 minn dawn huma t-tieni doża tal-vaċċin.
Fearne qal li filwaqt li Pfizer u Moderna jeħtieġu 3 u 4 ġimgħat bejn kull doża rispettivament, il-vaċċin Astra Zeneca jeħtieġ 8 sa 10 ġimgħat bejn kull doża. Bħalissa qed jiġu mlaqqma dawk kollha li huma kkunsidrati vulnerabbli. Dawn se jingħataw il-vaċċin Pfizer peress li għandu l-iktar studji magħmula fuq nies vulnerabbli.
Dan hu t-tielet grupp li ħa tirċievi l-vaċċin u l-proċess mistenni jieħu 6 ġimgħat. Imbagħad fl-aħħar ta’ Marzu, ir-raba’ grupp li jikkonsisti fl-għalliema u l-istaff tal-iskejjel se jibdew jiġu mlaqqma. Fearne kkonferma wkoll li terz tat-tieni grupp ġie mlaqqam.
Facebook / Chris Fearne