L-Għawdxin Ta’ Liquorish Ilestu L-Basktijiet Għall-Avventura Li Ser Tibda Dalwaqt

Permezz ta filmat fuq il-paġna tagħhom, Liquorish qasmu mas-segwaċi tagħhom il-bidu tal-vjaġġ tal-koppja Għawdxija li fi ftit ġimgħat ser nibdew narawhom ta’ kull ġimgħa fuq it-televiżjoni tagħna. Raphael u Roseanne jidhru li l-ewwel sfida rnexxielhom jagħmluha flimkien, u għalkemm kien diffiċli biex jippakjaw kollox f’spazju verament limitat, irnexxielhom!

Fil-filmat Roseanne qalet, “qegħdin nippruvaw nippakkjaw … problema kbira speċjalment jien.” Min-naħħa l-oħra, Raphael qal, “problema kbira … u ħa nitlaq kif jien!” Tassew jidhru li huma żewġ karattri ħelwin li ċert li ser ituna ħafna mumenti sbieħ waqt Liquorish!

Liquorish ser jibda minn April fuq ONE u s-sena ser ikun kemmxejn differenti, hekk kif il-kontestanti jinsabu f’gruppi ta’ tnejn u jridu jagħmlu l-avventura flimkien. Fil-passat rajna żewġ aħwa jirbħu Liquorish flimkien, il-Boċċ u l-Booster fl-2019, fejn apparti l-fatt li kienu jinsabu flimkien, xorta waħda sabu diversi aspetti diffiċli aktar minn ħaddieħor!

Nistennew u naraw!





Facebook/Liquorish



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI