Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Clifford Galea qasam filmat flimkien ma’ messaġġ rigward il-karita u l-politika.
Hu qal, “Ejjew inserħu naqra lil xulxin. Iż-żewġ naħat – dejjem hekk nitkellem fuq kuntest bħal dan jien. Il-politika nħallulha żmienha. L-għajnuna ngħidulha Grazzi – b’mod ġeneriku qed ngħid mhux għall-Istrina jew tal-lum. Kulħadd jagħmel l-istunts u kulħadd għandu l-qalb ukoll nemmen. Ilkoll intelliġenti biżżejjed biex tgħarbel dan waħdek imbagħad. Imma dan it-tgħajjir u ġlied ma nifilħux iżjed. Tafu kemm jiġġieldu ħbieb u familji fuq hekk?”
Żied jgħid, “U kelma fuqi personali: Lili ċċapsulix ‘agendas’ għax jien dejjem hekk kont, għadni u nibqa’. It-tajjeb narah u nxerrdu. Biss ma għandi l-ebda kuntratt li noqgħod nikteb u ntella’ kollox. Il-ġenwinità tiegħi hija l-isbaħ ħaġa li jien kburi biha. Dak baqa’ issa wkoll; li rrid nagħmel hekk għax ikun hemm xi tnejn iridu hekk.”
Facebook/Clifford Galea