Il-Covid-19 jidher li għadha b’saħħitha u għal jum ieħor għandna nistennew numri għoljin. Dan ħabbru Gerald Fenech fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu kmieni dalgħodu. Ilbieraħ rajna aktar minn 170 każ ta’ Covid-19 .
L-awtoritajiet tas-saħħa wissew li hekk kif tibda taħkem ix-xitwa iktar ħa jkun hemm ċans li naraw numri għoljin minħabba l-fatt li l-virus donnu jaħkem iktar b’qilla fil-kesħa. Infatti fis-sajf rajnieh ibatti u kellna ġranet fejn anqas bdew jinstabu każi.
It-tama hi li qabel is-sitwazzjoni tibda titjieb, ħa tiġu agħar. L-aħbar tajba hi li hemm żewġ vaċċini li jinsabu fl-aħħar stadju u dan ifisser li kif jiġu approvati, il-vaċċin ikun jista’ jibda jitqassem.
Kif iseħħ dan… is-sitwazzjoni tibda taqleb għall-aħjar f’diversi pajjiżi madwar id-dinja inkluż f’Malta. Nibqgħu fiduċjużi u nieħdu ħsieb saħħtina billi nimxu fuq il-pariri maħruġa mid-dipartiment tas-saħħa.
Fin-12:30 niskopru eżatt in-numri uffiċjali tal-lum hekk kif joħorġu fuq il-paġna uffiċjali Saħħa.