L-Ħuta Nazzjonali ta’ Malta hi … Le Mhux il-Lampuka! Imma L-Bużaqq!

Kont taf li l-bużaqq hija l-ħuta nazzjonali ta’ Malta? Il-bużaqq hija ħuta żgħira mhedda li tinstab madwar il-Mediterran, inkluż fil-gżejjer Maltin. Barra minn hekk, hi l-unika ħuta f’Malta li tgħix f’ilmijiet salmastri jew ħelwin. Din l-ispeċi tiekol ħlejjaq żgħar u pjanti akwatiċi.





Ritratt: Raymond Caruana – Killifish Conservation Project

Bl-Ingliż, il-bużaqq hi magħrufa bħala Mediterranean killifish. Il-bużaqq għandha għajnejha kbar, bix-xedaq t’isfel kemxejn itwal minn ta’ fuq. Il-kulur jikxef is-sess tal-ħuta; ir-raġel huwa partikolarment impressjonanti, b’kulur kannella fl-aħdar u żaqq bajdanija. F’ġenbu għandu strixxi bojod li jalternaw bejn kannella u abjad. Il-mara hija aktar ċara, bi strixxi vertikali u iqsar.



Ritratt: Raymond Caruana – Killifish Conservation Project

F’Malta, din il-ħuta tbid l-aktar bejn Mejju u Awwissu u tabilħaqq, ma tistax tinqabad għax imħarsa bil-liġi!

Din hi ġabra ta’ informazzjoni, grazzi għall-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI