“L-Ikbar Ammont Ta’ Piżelli Li Persuna Kielet F’10 Minuti, B’Piż Ta’ 990 Gramma Ta’ Piżelli.” – Jinkiser Rekord Waqt Festin

bachelor kiser rekord

The Malta Records ilbieraħ ġew mistiedna waqt batchelor’s party ġewwa l-Madliena. Hemm inkiser rekord li bosta kienu impressjonati bih.

“L-ikbar ammont ta’ piżelli li persuna kielet f’10 minuti, b’piż ta’ 990 gramma ta’ piżelli,” jiktbu fuq il-paġna.

Dan ir-rekord nazzjonali ġdid kisru Kris Scicluna waqt il-festin tiegħu f’residenza privata fil-Madliena.

“Kienu mumenti ħelwin fejn Kris, li normalment ma jikolx piżelli, kellu jidħol għal din l-isfida mingħajr kif u għaliex,” komplew jiktbu.

Qasmu diversi ritratti meħudin waqt li Kris kiser dan ir-rekord nazzjonali ġdid.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI