Bħalissa, l-iktar programm segwit f’Malta huwa Squid Game. Il-programm tela’ għan-numru 1 minn meta nħareġ … u mhux biss f’Malta. Dan wassal biex Internet Service Provider tal-Korea t’Isfel ifittex lil Netflix għad-danni minħabba t-traffiku fl-internet li nħoloq.
SK Broadband, qed tħarrek lil Netflix biex tħallas għall-ispejjeż assoċjati ma’ żieda fit-traffiku u l-manutenzjoni tan-netwerk minħabba żieda fit-telespettaturi għal Squid Game. SK Broadband bħalissa ikollha tipproċessa 1.2 triljun bits ta’ dejta kull sekonda biex timmaniġġa t-traffiku ta’ Netflix.
Squid Games bħalissa qed jikser ir-rekords ta’ Netflix u qed isir fenomenu.