“L-Iljuni Tan-Naxxar Għandhom Jiġu Kkonfiskati?” – Vuċi Għall-Annimali B’Diskussjoni Nhar Il-Ħadd

Il-pajjiż kien taħt xokk meta fl-ewwel jiem ta’ Jannar instabu 4 iljuni u pantera f’kundizzjonijiet ħżiena fin-Naxxar. L-annimali selvaġġi nstabu f’razzett fl-Għallis. 

Kif kienet qalet il-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Alison Bezzina, f’Malta m’hemmx spazju għal annimali bħal dawn u lanqas veterinarji speċjalizzati. Xahrejn ‘il quddiem u dan il-każ għadu problema kbira.

Vuċi Għall-Annimali ser jiddiskuti dan il-każ u jekk dawn l-iljuni għandhomx jiġu kkonfiskati. Il-programm se jixxandar nhar il-Ħadd li ġej fis-18:30 fuq NetTv.





TVM/Vuċi Għall-Annimali



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI