Clifford Galea kiteb kelmtejn li fihom ħafna x’tomgħod. Parir siewi li nisimgħuh spiss, iżda kultant jaqa’ fuq widnejn torox, għax meta niġu għas-si u n-no, ħadd ma jikkalkula lil ħadd!
Clifford jikteb, “L-ilsien ukoll iwassal għas-suwiċidji. Iva sewwa qed taqraw! Jekk ma tafx tikkontrollah, aqtgħalu jew agħlaqlu.” Illum hekk kif huwa il-jum tal-prevenzjoni kontra s-suwiċidju, tara ħafna jiktbu xi appell jew messaġġ fuq il-midja soċjali, iżda dan mhux biżżejjed.
Jagħlaq il-messaġġ tiegħu bil-kliem, “Il-ħajja prezzjuża.”