“L-Imħabba Tagħna Xorta Żżommna Viċin” – Ir-Raġel Ta’ Graziella Galea B’Messaġġ Romantiku Fid-9 Anniversarju Tagħhom

Ir-raġel tal-Membru Parlamentari Graziella Galea qasam messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali hekk kif illum qed jiċċelebraw id-9 anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Fil-post emozzjonanti tiegħu, huwa fakkar il-ġurnata meta disa’ snin ilu qalu “iva” lil xulxin fl-istess atmosfera, filwaqt li rrifletta fuq il-vjaġġ li għaddew minnu flimkien matul dawn is-snin.



Huwa qal li matul iż-żwieġ tagħhom għaddew minn mumenti sbieħ kif ukoll sfidi diffiċli, iżda dejjem baqgħu hemm għal xulxin f’kull ċirkostanza li ġabet magħha l-ħajja. Fir-riflessjoni tiegħu, semma wkoll li minkejja li din is-sena qed iqattgħu l-anniversarju b’ġurnata impenjattiva u b’distanza bejniethom, l-imħabba tagħhom xorta tibqa’ żżommhom viċin.



Il-messaġġ spiċċa b’awguri sempliċi iżda sinifikanti, “Awguri f’għeluq id-9 snin lilna.” Bosta persuni sellmu lill-koppja fil-kummenti u awgurawlhom aktar snin ta’ mħabba u hena flimkien. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għal-lum u dejjem!



Ritratti:

Facebook / Graziella Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI