Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ Glycidyl fatty acid esters.

Glycidyl fatty acids esters jistgħu jitkissru fil-passaġġ gastrointestinali u jsiru glycidol. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Ikel fl-Ewropa (EFSA) ikkonkludiet li glycidol huwa ġenotossiku u karċinoġenu.
- Deskrizzjoni tal-prodott: Pure Vegetable Ghee
- Dittà: Kitaz
- Lott: 131222
- Data tad-durabbilità: 12-12-2024
- Volum: Litru

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon (21337333) mit-08:00 sas-14:30 jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook (HAWN) jew is-sit uffiċjali (HAWN) għal informazzjoni simili.
DOI