Il-Gvern Ingliż ħa deċiżjoni dwar ll-għoti tal-vaċċin għal dawk li għandhom minn 12 sa 15-il sena.
Il-Joint Committee on Vaccination and Immunisation (JCVI) fl-Ingilterra ħadet id-deċiżjoni li m’hemmx biżżejed evidenza li l-vaċċin tal-Covid-19 huwa tajjeb għat-tfal ta’ dik l-età, għalhekk tat il-parir lill-Gvern Ingliż sabiex ma jlaqqamhomx.
Għalkemm għalissa jidher li mhux ser jingħata l-vaċċin lil dawk ta bejn it-12 u l-15-il sena, ingħata l-parir sabiex isiru aktar studji u sabiex il-ministri jħeġġu lill-uffiċjali tal-medika biex jaraw aktar dwar dan li ntqal li għad m’hemmx evidenza biżżejed biex dawk it-tfal jieħdu t-tilqima.