“L-Innu Malti Għandu Jerġa’ Jibda Jiġi Mgħallem Fl-Iskejjel Biex Jibqa’ Ħaj” – Dr Maris Camilleri

L-Aġent Kap Eżekkutiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti Dr Maris Camilleri sostniet li sabiex l-innu Malti jibqa’ ħaj u relevanti anke llum il-ġurnata jeħtieġ li jerġa’ jibda jiġi mgħallem sew fl-iskejjel.

Saħqet li fil-fehma tagħha l-innu Malti għandu jsir parti mis-sillabu tal-istudenti u għalhekk ikun hemm lezzjonijiet fejn matulhom l-għalliema jixtarru l-versi li jsawru l-innu Malti flimkien mal-istudenti tagħhom.

“It-tfal huma l-preżent kif ukoll il-futur tal-lingwa tagħna,” tenniet Dr Camilleri fl-isfond ta’ diskussjoni li seħħet ilbieraħ fuq TVM hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta ġie ċċelebrat jum iddedikat għall-innu ta’ pajjiżna.

Intom x’taħsbu dwar dan?







Ritratti:

TVMi / Lil Din L-Art Ħelwa u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI