“L-Interessi Personali Jkomplu Jitfgħu Dell Fuq It-Trasparenza U L-Benessri Tal-Annimali” – Animal Liberation Malta

L-organizzazzjoni Animal Liberation Malta esprimiet id-diżappunt tagħha bir-rapport “all clear” li ngħata lil Mediterraneo wara investigazzjoni dwar id-dniefel. Ir-rapport inħareġ biss lil aġenzija tal-aħbarijiet partikolari u mhux permezz ta’ metodi uffiċjali jew bil-konsulenza ta’ organizzazzjonijiet tal-annimali.

“Aħna profondament diżappuntati bil-mod kif l-interessi personali jkomplu jdellu t-trasparenza u l-benesseri ġenwin tal-annimali,” huma kitbu. “Din l-investigazzjoni ma kinitx indipendenti.”

“Wieħed mill-investigaturi ewlenin għandu rabtiet twal mal-industrija tad-dniefel fil-magħluq, wara li ħadem f’delfinarji, ippubblika studji dwar ċetaċji fil-magħluq, u saħansitra kkontribwixxa għal għodod tal-benesseri użati mill-parks tal-baħar infushom.”

“Konna ssuġġerejna li jiddaħħal espert tal-baħar tassew imparzjali, iżda l-proposta tagħna ġiet miċħuda. Għalhekk l-“all clear” mogħti lil Mediterraneo għandu jitqies b’kawtela kbira. L-investigazzjoni twettqet minn xi ħadd li l-karriera kollha tiegħu hija msejsa fis-sistema tal-magħluq, kunflitt ta’ interess ċar.”

“Iżda l-mistoqsija vera hija din: lil hinn mid-dibattitu dwar il-kundizzjonijiet, huwa qatt etiku li l-annimali ħielsa jiġu priġunieri għal għomorhom biss biex jagħtu divertimeni lilna?”







Ritratti:

Facebook / Animal Liberation Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI