Illum il-preżentatriċi tant maħbuba Melanie Kelly qed tiċċelebra l-45 sena tagħha! Melanie magħrufa ħafna għad-diskussjonijiet personali li tħobb tqanqal fuq il-midja soċjali, u ta’ dan bosta Maltin jammirawha ħafna.
L-għarus ta’ Melanie, Sean Busuttil Cordina, qal li għalih Melanie hi “l-isbaħ persuna ġenwina, onesta u caring li qatt iltqajt magħha.”
B’mod li jindirizza lil Melanie direttament, Sean qal: “Li għandi lilek f’ħajti hija assolutament inkredibbli. Mhux talli rrevoluzzjonajt id-dinja tiegħi, talli kelli l-privileġġ li nissapportjak tkisser kull ħajt li ġie quddiemek u tirkeb kull ostaklu hekk kif tkompli tikber u timxi ‘l quddiem bħala persuna.”
“Int omm inkredibbli għal Dan (u Duke!) u ta’ ispirazzjoni permezz tad-dedikazzjoni tiegħek lejn kwalunkwe sfida li tiffaċċja! Grazzi talli int INTI, l-aqwa ħabiba tiegħi u l-iktar importanti, l-mara li waqajt għaliha! Inħobbok ħafna.”

Awguri kbira Melanie! Verament ħaqqek dak kollu li tixtieq qalbek. Aħna minn Gwida.mt nissapportjawk dejjem.
Facebook/Melanie Kelly