L-Ispettur Bonnici: Mario Micallef Bi Produzzjoni Ġdida Minn Ottubru 2020

L-attur Mario Micallef bħalissa għaddej bl-iffilmjar ta’ produzzjoni li ġġib l-isem ta’ ‘L-Ispettur Bonnici’. It-tim tal-produzzjoni s’issa jidher li qiegħed fid-9 episodju.





Din is-sensiela tiġi wara produzzjoni oħra ta’ Mario, jisimha L-Ispettur, li xxandret aktar kmieni din is-sena sfortunatament fl-istess żmien li Mario tilef lil ħuħ George Micallef.

Fil-filmat jidher ħjiel ta’ x’għandna nistennew f’Ottubru li ġej. L-ispettur (Mario Micallef) jidher qed jikkonfronta lil ibnu Chris (Vince Micallef Pule) dwar l-agħar affarijiet tax-xogħol ta’ spettur.



Kull min hu nteressat, L-Ispettur Bonnici se jibda jixxandar f’Ottubru fuq TVM. Awguri lill-kast u t-tim tal-produzzjoni!

Facebook/Spettur_Spettur Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI