“L-Ispirtu Tiegħek Se Jibqa’ F’Qalbna” – Mikaela Ssellem Lill-Ħabib Mit-Tfulija

Hemm mumenti fil-ħajja meta l-kliem ma jkunx biżżejjed. Meta l-uġigħ ikun tant kbir li lanqas sentenza ma tkun biżżejjed biex tesprimih. Hekk bdiet il-messaġġ tagħha l-kantanta lokali Mikaela, hekk kif sellmet lil ħabib tat-tfulija tagħha, Travis.

“Jien mitlufa bla kliem, Trav,” kitbet, frażi qasira iżda mimlija niket . Tislima li turi kemm it-telfa ħasditilha qalbha. Fil-messaġġ tagħha, hija ddeskrivietu bħala “ruħ sabiħa,” u qalet li “l-ispirtu tiegħek se jibqa’ f’qalbna għal dejjem, għażiż ħabib.”

“Se nżomm għal dejjem fil-qalb il-konversazzjonijiet sinifikanti li kellna flimkien,” kitbet, filwaqt li żiedet li tħossha xxurtjata li setgħet tara mill-qrib it-talent u l-passjoni tiegħu.



“Inħossni tassew xxurtjata li rajt l-arti tiegħek tikber u li kont xhud tal-imħabba tiegħek għat-tpinġija u għall-mużika — kienet tassew ammirevoli,” sostniet. Passjoni li, għal min kien jafu, ma kinitx biss passatemp iżda parti mill-identità tiegħu.



Il-messaġġ tagħha jintemm b’tislima mimlija tama u mħabba, “Issa irrokkja fil-paċi u narawk fuq in-naħa l-oħra, Travis,” filwaqt li bagħtitlu “ħafna mħabba u tgħanniq” bħala “ħabibtek mit-tfulija, Mika.”

F’dan il-mument ta’ niket, il-kliem ta’ Mikaela huwa xhieda ċara tal-impatt li Travis kellu fuq dawk ta’ madwaru. U filwaqt li l-vojt li ħalla huwa kbir, hekk ukoll hija l-imħabba li se tibqa’ tgħix fil-qlub ta’ dawk li kellhom ix-xorti jafuh.

Strieħ fil-paċi, Travis. Int tibqa’ mfakkar u maħbub għal dejjem.



Ritratti:

Facebook / Travis Xuereb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI