Peppi Azzopardi ppubblika filmat fuq il-paġna tiegħu fejn jgħid li hu jaqbel mal-kliem tal-isqof.
Hu qal, “Childcare centres saru kollha biex ipaxxu lill-multimilljunarji, flus minn fuq dar in-nies. Kellhom bżonn iktar ħaddiema, għalhekk fetħu childcares b’xejn ħalli jmorru jaħdmu. Dik hi l-verita`.”
Kompla jitkellem, “L-Isqof ma kkundannax lill-ġenituri. Anzi, l-Isqof qalilhom għandkom rigal. Ir-rigal anke li intom se trabbuhom lil dawn it-tfal… Qal ma naqbilx li ta’ tliet xhur tibgħathom childcare biex tmur taħdem. Jien naqbel miegħu.”
Peppi żied jgħid li fil-bidu kulħadd kien jaħseb li se jkollu l-għażla li juża childcare jekk jixtieq imur jaħdem, iżda llum il-ġurnata m’għadhiex għażla għax trid tmur taħdem bilfors minħabba l-għoli tal-ħajja. Kompla jispjega li tant hu hekk, li ħafna nies saru jagħżlu li ma jkollhomx tfal għax jixtiequ jrabbuhom u ma jistgħux, minħabba x-xogħol.
Temm kliemu billi qal, “Jiena naqbel mal-Isqof. Anzi nammirah li għandu l-kuraġġ jitkellem minflok jipprova jintogħġob minn kulħadd. Qal l-affarijiet kif inhuma u ħoloq din id-diskussjoni.”
Intom x’taħsbu? Taqblu mal-kliem ta’ Peppi Azzopardi li l-Isqof għandu raġun?
Facebook / Peppi Azzopardi