Wara jiem, ġranet, ġimgħat, xhur u f’dal-każ snin tistudja u tkun wasalt proprju għall-aħħar eżami... minn moħħok ikunu għaddejjin bosta affarijiet. Probabbli moħħok ikun mifqugħ bl-informazzjoni li tkun qed tipprova tiftakar biex tagħmel ħiltek kollha u ġġib l-aqwa marka.
Dejjem ikun hemm dawk l-istadji differenti li wieħed jgħaddi minnhom; qabel, waqt u wara l-eżami! Allura ħsibna ftit biex naraw x’tip ta’ reazzjoni kull persuna jkollha f’kull stadju. Imma immaġina... f’dan il-proċess kollu tingħata karta tal-eżami ħażina – hekk ġralhom l-istudenti tal-liġi! Imsieken!
Dawn huma l-istadji li ħsibna fihom!
Lest/a biex tibda l-eżami! Il-pinna, il-lapes, ir-riga, il-gomma.... kull m’għandek bżonn ħdejn xulxin. Titfa’ wiċċ qalbien għax int LEST! Tant int lest li anke ktibt fuq idejk il-frażi “YOU CAN DO IT!”
Tħares lejn il-karta u hemm tieħu x-xokk ta’ ħajtek. Ma tistax tiftakar jekk studjajt dak li qed tara quddiemek. Kif jista’ jkun?
Tħares madwarek biex tara li mhux int biss, qed tgħix din il-ħolma kerha. Tipprova tagħmel dan bl-aktar mod diskret.
Tara lil kulħadd f’paniku enormi. Kulħadd iqalleb kull karta tal-eżami u ma jistax jifhem eżatt x’inhu jiġri.
Kif jgħidulek, li l-karta tal-eżami ħażina għal mument qasir ħafna tiċċelebra għax tkun ħlist minnu.
Sakemm tirrealizza li għalkemm mhux ħa tagħmlu llum, ħa jkollok tagħmlu ġurnata oħra. Kanna hux! Taf li llejla erġajt ħa ssib ruħek issabbat rasek mal-imbierek skrivanija!
Minn hawn nixtiequ ngħaddu l-awgurju tagħna lill-istudenti kollha li bħalissa jinsabu għaddejjin bl-eżamijiet. Ċerti li lkoll qed tagħmlu l-aħjar tagħkom biex tirnexxu f’dak kollu li qed tagħmlu! Awguri mill-qalb fis-isem Gwida.mt.