Eileen Montesin, mill-pjattaforma soċjali tagħha, ittella dawn il-kliem, “L-istennija ser tasal fi tmiemha daqt…Come Dine With Me jerġa’ lura.”
Wara stennija twila, il-programm favorit tal-ikel u divertiment Come Dine With Me Malta dalwaqt jerġa’ jibda fuq l-iskrins tagħna. Dan il-programm jikkonsisti minn kompetizzjoni taħraq bejn parteċipanti li jospitaw ikliet fid-djar tagħhom, b’mumenti ta’ tensjoni, umoriżmu u opinjonijiet sinċieri. Dan il-programm mhux biss dwar l-ikel, imma wkoll dwar il-personalitajiet u l-interazzjoni bejn in-nies;ingredjent li dejjem jagħti spettaklu memorabbli.
Ser jerġgħu jibdew dan il-programm mis-26 t’April, kuljum mill-Ħadd sal-Ħamis fid-20:45 fuq TVM.