“L-Istess Post, L-Istess Ħin, L-Istess Persuni, 10 Xhur ‘il Bogħod Minn Xulxin.” – Joe Demicoli

Joe Demicoli

F’April 2025 Joe Demicoli kellu waħda mill-isbaħ u l-aktar promozzjonijiet sinifikanti fil-ħajja personali tiegħu. Dan hekk kif sar nannu għall-ewwel darba – mument li żgur se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tiegħu u ta’ martu Sonia.

Joe ġieli jitfa’ xi ritratt man-neputi, ritratti li jibqgħu tant prezzjużi, jgħaddi kemm jgħaddi żmien. Ftit ilu qasam anke ritratti meħudin matul ġurnata li ddedikaha lilu.

Aktar kmieni llum Joe qasam ritratt tas-sena l-oħra u ieħor riċenti. “L-istess post, l-istess ħin, l-istess persuni, 10 xhur ‘il bogħod minn xulxin.”

Bosta ggustawhom fir-ritratt u kkummentawlhom dwar l-idea sabiħa.

Xi ħlew!







Ritratti:

Facebook/ Joe Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI