F’dawn l-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-attriċi magħrufa u maħbuba Olivia de Havilland li seħħet fid-dar tagħha f’Pariġi. Dan ġara ilbieraħ is-Sibt u bosta kienu l-ammiraturi u segwaċi li sellmu t-tifkira tagħha.
Din kienet ħasda għal bosta, l-aktar meta dan ix-xahar stess fl-1 ta’ Lulju, Olivia kienet għadha kif tagħlaq il-104 snin. Hi kienet meqjusa bħala waħda mill-aħħar stilel minn Old Hollywood. Rebħet bosta premji prestiġjużi fosthom żewġ Best Actress għas-sehem tagħha fil-films To Each His Own (1946) u The Heiress (1949) rispettivament.
View this post on Instagram
Id-debut tagħha fix-xena tar-reċtar jeħodna lura fl-1935, meta ħadmet il-parti fl-adattament ta’ Max Reinhardt għal: A Midsummer Night’s Dream (oriġinarjament ta’ Shakespeare). Fl-2017 Olivia saret magħrufa bħala l-ixjeħ mara li ngħatat it-titlu ta’ Dame.
Strieħ fis-sliem Olivia. Kondoljanzi lill-familjari u qraba kollha li kellha. Hawn taħt tistgħu ssegwu biċċa qasira mis-sehem tagħha f’Gone With The Wind.