Il-filmati tax-xadina Punch (Punch-kun), xadina tat-tip macaque Ġappuniż ta’ 6 xhur fl-Ichikawa City Zoo, iġorr miegħu plush ta’ orangutan kważi kbir daqsu hekk kif dan qed jiġi miċħud mhux biss minn ommu, iżda anke x-xadini l-oħra, saru popolari ħafna. Maria La Barokka Muscat tkellmet dwar dan.
“L-istorja ta’ din ix-xadina ċkejkna Punch – tfakkarna kemm hawn minna li jiġu bullied u ħadd ma jkun hemm għalihom,” hi kitbet. “Storja li missitli qalbi wisq…kemm ma naħmilx meta nara min ibati, inkluż l-annimali.”
“Kemm trid tkun b’saħħtek illum biex tieqaf għall-bullying li jseħħ ta’ kuljum. U kemm huma dawk li jaraw li tiġi bullied, u jibqgħu għaddejjin taparsi ma raw xejn.”
Facebook / Maria La Barokka Muscat