L-Istorja Ta' Shadow Taqsamlek Qalbek – Imma Int Tista' Tgħin!

Lulu Arpa għandha l-klieb għal qalbha wisq u dejjem tara kif ħa tgħin lill-klieb abbandunati u anke lil dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna tagħha.

L-aħħar kelb li għandu bżonn l-għajnuna hu Shadow. Hu ma jinsabx tajjeb u jidher li għandu uġigħ kbir. Il-familja tiegħu qed tipprova dak kollu li tista’ biex issir taf x’għandu u kif jistgħu jgħinuh! Tajjeb li ngħidu li Shadow għad għandu biss 15-il xahar u fl-aħħar disa’ xhur ġiet adotat u ġab tant ferħ u mħabba lill-familja l-ġdida tiegħu.





Fuq il-paġna tagħha Lulu tikteb, “Għada sejjer imur għal MRI li jiswa 750 ewro.” Hi titlob għall-għajnuna għax din il-familja “diġà nefqu fortuna fuq żjarat għand il-veterinarji, mediċini, trattamenti, servizz ta’ ambulanza eċċ.”

Kollox kien sew sakemm Lulu tgħid li “beda b’sintomi sporadiċi u kellu uġigħ u ebusija, li oriġinat minn għonqu. Issa s-sintomi marru għall-agħar u hu jinsab ħażin, hu kellu ħafna uġigħ speċjalment f’dawn l-aħħar ġranet — tant li għall-aħħar żjarat tal-veterinarju kellu jittieħed fuq strecher u f’ambulanza privata!”

Id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta’ Revolut fuq 79333115 jew permezz ta’ trasferiment bankarju, wieħed jista’ jibgħat messaġġ fuq il-paġna għal aktar dettalji! Nittamaw li tfiq ma ddumx Shadow!

Facebook / Rescued is my Favorite Breed – Lulu Arpa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI