Janet Walker kienet waħda mill-vittmi li sfaw barra minn darhom fil-Pietà wara li żbroffa ħajt. Fortunatament, ma kien weġġa’ ħadd u kulħadd ħareġ b’wiċċ il-ġid iżda dawn il-familji spiċċaw barra minn djarhom.
Janet ilbieraħ ħalliet messaġġ fuq il-midja soċjali, “Uffiċjalment sena u tmien xhur barra minn darna! Letteralment 100% tal-familji li ġew evakwati f’dawn l-aħħar sentejn għadhom evakwati sal-lum. Jienxbajt u miegħi kulħadd li qiegħed fl-istess pożizzjoni.”
Hi kompliet tgħid, “Ħadd ma għamel xejn għalina, personalment ħadt sehem f’numru ta’ programmi Maltin biex inwassal il-messaġġ u nħoss li l-istorja tagħna u ta’ min hu bħalna waqgħet fuq widnejn torox! Ikolli ngħid bis-sewwa ma tasal imkien… tgħid nipprova bid-dnewwa? Elf ħsieb jiġini ta’ kuljum!”
Hi tassew ħasra li nies bħal Janet spiċċaw barra minn darhom intortament u sal-lum il-ġurnata għadhom ma jistgħux jirritornaw.