Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħareġ stqarrija dwar xi tibdiliet li se jkun hemm rigward l-istipendju li jieħdu l-istudenti li jkomplu jistudjaw fl-edukazzjoni ogħla.
Fejn qabel l-istudenti kellhom japplikaw kull sena għall-istipendju, issa jidher li dawn se jkunu qed japplikaw darba biss, fl-ewwel sena tal-istudji tagħhom, u mhux jitfgħu applikazzjoni kull sena. Ser tingħata wkoll għotja ta’ manteniment lil dawk l-istudenti li ser jieħdu l-kors tal-Baċċellerat fix-Xjenza u għal dawk li jkomplu jsegwu l-kors tax-Xjenzi Mediċi u jgħaddu għat-tielet sena tal-kors ta’ Dottorat fil-Mediċina.
Dawk l-istudenti li mhumiex Maltin jew li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea issa wkoll se jkunu jistgħu japplikaw għall-għotjiet ta’ manteniment.
Facebook / Edukazzjoni