It-tim Taljan ilbieraħ irnexxielu jgħaddi għall-fażi li jmiss tal-EURO 2020, il-kwarti tal-finali.
Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 2-1 għat-Taljani, fejn l-Italja u l-Awstrija baqgħu jissieltu sa n-nofsiegħa ta’ wara d-90 minuta. Kienu s-sostituzzjonijiet mil-kowċ Taljan, Roberto Mancini, li rnexxielhom jagħmlu l-bidla fit-tim Taljan, wara li dawn batew biex isibu l-gowl sal-aħħar minuta tal-logħba. Gowls minn Federico Chiesa u Matteo Pessina, li t-tnejn li huma daħlu fl-aħħar minuti tal-partita, taw ir-rebħa lill-Italja, u għalkemm l-Awstrija rnexxielhom isibu x-xibka fl-aħħar ftit, dan kien kollu ta’ xejn għax l-Italja kienu diġà qegħdin 2-0 minn fuq.
Illejla tintlgħab il-partita bejn il-Portugall u l-Belġju u r-rebbieħ ta’ dik il-logħba se jkun qed jilgħab kontra t-Taljani fil-kwarti tal-finali.