L-Iżrael Se Jitħalla Jieħu Sehem Fil-Eurovision – L-Irlanda, Spanja U L-Olanda Jagħmlu Bojkott

L-Irlanda, Spanja u l-Olanda m’humiex se jkunu qed jipparteċipaw fil-Eurovision tas-sena d-dieħla wara li ttieħdet deċiżjoni uffiċjali li se tippermetti lill-Iżrael jieħu sehem.

Dawn it-tlett pajjiżi kienu fost dawk li matul dawn l-aħħar xhur appellaw għat-tkeċċija tal-Iżrael minn din il-kompetizzjoni internazzjonali. Huma kienu sostnew li dan għandu jseħħ “minħabba s-sitwazzjoni li hemm bħalissa f’Gaża u l-kriżi umanitarja li teżisti”.

Is-sit The Guardian semma kif dawn it-tlett pajjiżi ħadu din id-deċiżjoni wara li ma kienux sodisfatti bid-deċiżjoni tal-EBU, l-organiżżaturi tal-Eurovision, li ma jittiħidx vot dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżrael.

L-Islovenja u l-Islanda kienu wkoll taw x’jifhmu li se jagħmlu bojkott jekk l-Iżrael jitħalla jieħu sehem iżda s’issa ma jidhirx li ħadu l-ebda deċiżjoni uffiċjali.







Ritratti:

Facebook / Eurovision Fans u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI