L-MCAST Qed Jaċċetta L-Applikazzjonijiet Ġodda F’Novembru Minħabba L-Inkonvenjenza Tal-Pandemija

Għall-ewwel darba l-MCAST ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet f’Novembru biex jakkomoda studenti li issa rċevew ir-riżultati tagħhom taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) u tal-Matrikola.

Is-sejħa hija miftuħa għall-applikanti sat-Tnejn 16 ta’ Novembru. L-istudenti rreaġixxew b’mod pożittiv għall-mod flessibbli u inklużiv li mexa bih il-Kulleġġ f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fis-sitwazzzjoni tal-pandemija.





Il-Prinċipal u l-Kap Eżekuttiv Joachim James Calleja qal li l-istituzzjoni trid taħdem b’aġilità għall-benefiċċju tal-istudenti biex ħadd ma jitħalla barra.

Ir-Reġistrar tal-MCAST Maria Pace qalet: “Aħna konxji li l-istudenti li kellhom l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC din is-sena esperjenzaw ċirkostanzi diffiċli. Kif diġà għamilna matul is-Sajf, qed nipprovdu appoġġ lill-istudenti kollha sabiex ikunu jistgħu jkomplu b’suċċess it-tagħlim tagħhom. Irridu nħeġġu lill-istudenti kollha jieħdu l-pass li jmiss u jagħżlu mill-firxa ta’ korsijiet biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.”

One News



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI