Minn li jidher qegħdin jinxterdu posts fuq il-midja soċjali fejn qed iġiegħlu l-membri tal-korp jikkunsidraw li ma jmorrux għall-appuntament biex jieħdu l-vaċċin bil-ħsieb li jirċievu invit ieħor u jkunu jistgħu jieħdu vaċċin differenti u jiġi magħżul minnhom stess.
Dan ġie nnutat mill-Malta Police Association, u dawn ħeġġew lil korp sabiex jieħu t-tilqima għaliex hija sigura. L-MPA irringrazzjat ukoll lil dawk kollha nvoluti fil-proċess tal-vaċċinazzjoni.