“L-Ogħla Buffura Mkejla F’Ħal Tarxien Kienet Tkejjel 87km Fis-Siegħa Jew Ta’ Forza 9 Mid-Direzzjoni Tal-Lvant” – It-Temp Madwarna

Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tat aġġornament fuq ir-riħ qawwi li kellna minn dan il-lejl sal-lum waranofsinhar. Jidher li Ħal Tarxien kien l-aktar li ġie milqut minn dan ir-riħ.

L-ogħla buffura mkejla mill-istazzjon tat-temp f’Ħal Tarxien kienet tkejjel 87km fis-siegħa jew qawwa ta’ Forza 9 mid-direzzjoni tal-Lvant (E),” huma kitbu.

Żgur li mal-kosta tal-Lvant il-buffuri laħqu anke l-Forza 10! Il-kbir issa għadda u l-maltemp mexa ‘l fuq lejn Sqallija. Nistennew biss ftit xita iżolata u riħ moderat mil-Lbiċ (SW).”

“It-twissijiet maħruġa kienu fil-ħin u mal-ħin kif imbassar u nisperaw li sibtuhom utli biex tippjanaw il-jum tal-Ġimgħa 17/1.”





Facebook/it-Temp Madwarna/Peter Paul Gauci



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI