Għadha kif saret operazzjoni liċ-ċkejken Mikiel u jidher li l-kundizzjoni tiegħu hi stabbli. Missieru Chalii Falzon xtaq jiddedika messaġġ ta’ talb u ringrazzjament għal ibnu fuq Facebook fejn jitkellem dwar dak li għadu kif sar.
“Nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lil kull min qed jitlob għaċ-ċkejken tagħna Mikiel u grazzi lis-surgeons u lit-tim kollu tad-dedikazzjoni kbira tagħhom. L-operazzjoni lesta u b’grazzja kbira s’issa jinsab stabbli, għalkemm il-ġranet li ġejjin huma kruċjali ħafna għalih. Għad għandu bżonn ħafna talb u nitolbukom biex tibqgħu titolbu għalih.”
F’isem it-tim kollu nixtiequ lil Mikiel fejqan ta’ malajr u j’Alla ma jdumx ma jerġa’ lura għall-ħajja normali flimkien mal-familja tiegħu. Kuraġġ lil missier u omm dan it-tfajjel.
Facebook/ Chalii Falzon