"L-Operazzjoni Ta' Tikka Rnexxiet… Sfortunatament, Denbha Nqata' Mill-Bażi" – L-Assoċjazzjoni Tal-Annimali Abbandunati

Fuq il-paġna uffiċjali, l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati lbieraħ xerrdet aġġornament dwar il-każ ta’ Tikka, li qed tirkupra wara inċident li kienet involuta fih. Illum hi kellha operazzjoni ortopedika wara li ntlaqtet minn karozza.

Jidher li kienet suċċess, però jeħtieġ iktar żmien biex tirkupra. “L-operazzjoni ta’ Tikka rnexxiet. Il-veterinarju rnexxielu jopera fuq in-naħa għolja tal-koxxa u naqqas id-dislokazzjoni. Il-veterinarju kien jeħtieġ ukoll li jdewwi l-muskolu mweġġa’. Miskina, kemm batiet.”

AAA jiktbu li Tikka kapaċi jkollha bżonn xi tip ta’ operazzjoni fil-futur minħabba denbha. “Sfortunatament, denbha nqata’ mill-bażi,” jiktbu fil-post. Jirringrazzjaw lil kulħadd tal-appoġġ kontinwu. Nittamaw li Tikka tirkupra ma ddumx.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI