Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Order of Malta sellmu l-memorja ta’ Chadi Ammar li ħalla din id-dinja riċentament.
Huma qalu, “L-Ordni ta’ Malta tinsab imnikkta bil-mewt traġika ta’ Chadi Ammar, membru żagħżugħ tal-istaff tal-Ordni ta’ Malta fil-Libanu, li nqatel f’attakk mill-ajru f’Aïn Ebel. Il-Gran Mastru Fra’ John Dunlap jesprimi l-aktar kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familja tiegħu u lill-membri kollha tal-Ordni ta’ Malta fil-Libanu: “Hu kien parti mill-familja kbira tagħna, li kuljum taqdi lill-aktar persuni vulnerabbli b’dedikazzjoni u kuraġġ.”
Żiedu, “F’pajjiż fejn 80% tal-popolazzjoni tgħix fil-faqar u aktar minn 800,000 persuna huma spostati minn djarhom, l-Ordni ta’ Malta ma waqqfitx il-ħidma tagħha, u qed tkompli tipprovdi kura medika, ikliet sħan u appoġġ psikosoċjali lil dawk li tilfu kollox.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-famijari kollha tiegħu.