L-Organizzazzjoni Dinjija Tas-Saħħa Tirrapporta Żieda Rekord Fl-Infezzjonijiet Globali

Malta qiegħda tirbaħ il-ġlieda kontra l-Covid-19, tul l-aħħar jiem il-każijiet attivi niżlu għal ħamsa u jidher li llum ħa tkun ġurnata oħra bla każijiet attivi. Iżda ma nistgħux ngħidu l-istess għall-kumplament tad-dinja.

Sfortunatament, l-Organizzazzjoni Dinjija Tas-Saħħa ħabbret li tul il-jum tal-Ħadd kien hemm żieda ta’ 230,370 każ f’24 siegħa. Dan kien l-għola numru ta’ każijiet li ġew irrapurtati. L-ogħla rekord kien dak tal-10 ta’ Lulju fejn ġew irrapurtati 228,102 każ.





L-akbar żiedet seħħew ‘il bogħod mill-Ewropa, b’żidiet fl-Istati Uniti, il-Brażil, l-Indja u l-Afrika t’Isfel. Il-marda tul dawn l-aħħar seba’ xhur qatlet b’kollox 567,123 persuna iżda l-imwiet globali baqa’ kostanti. Madwar 5,000 persuna qed titlef ħajjitha kuljum għal dan il-virus.

Madwar id-dinja wieħed issib kważi 13-il miljun każ. Pajjiżna kien minn ta’ quddiem biex jieħu l-passi meħtieġa sabiex jirbaħ fuq din il-pandemija u s’issa jidher ċar li l-miżuri li ttieħdu ħallew il-frott tagħhom.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI