L-attur Ivan De Battista xtaq jaqsam xi punti fuq il-midja soċjali rigward l-ilbies tal-maskri fl-iskejjel. S’issa il-liġi titlob li kemm l-edukaturi kif ukoll l-istudenti jkunu bil-maskra ħin kollu.
Ivan iħoss li din qed toħloq sfida u skumdità l-iktar għall-edukatur, li jrid iqatta’ sigħat sħaħ jitkellem u jispjega lil klassi sħiħa. “Bil-maskra, l-edukatur ma jwassalx il-messaġġ kif mistħoqq għax din tfixkel il-komunikazzjoni viżwali li l-istudenti tant jiddependu minnha. Hemm diversi studenti li jbatu biex jifhmu għax ikunu jridu jaqraw il-fomm tal-edukatur; il-famuża ‘lip reading’. Jekk ma jaqrawx il-fomm, jintilfu u ma jaqbdux art. Apparti minn dan, il-maskra titfi d-diskors tal-edukaturi u toħloq skumdità eċċessiva…”
Ivan jgħid li lekċer ta’ tliet siegħat se tkun ta’ sfida għall-edukatur jekk ser jilbes il-maskra tul dak il-ħin kollu. Jitkellem dwar l-importanza li wieħed jikkunsidra studenti li jifhmu l-aktar meta jaqraw ix-xufftejn tal-għalliema waqt li jispjegaw. Ivan jipprova jagħti idea ta’ soluzzjoni, li hi dik li l-edukatur ma jkollux jilbes maskra bilfors. “Ma jkunux qed jgħinu iktar l-istudent li kieku l-lezzjoni/il-lekċer issir mingħajrha?”
X’taħseb dwar dawn il-punti?