Ilbieraħ Belle tefgħet l-opinjoni tagħha rigward ir-rilaxxar tal-miżuri u l-bżonn li wieħed jilbes il-maskra meta jidħol f’xi ħanut per eżempju.
“Nixtieq ngħid xi ħaġa… mela fetaħ kważi kollox disco’s, ristoranti eċċ u rridu nibqħu bil-maskra xorta!” – Belle jidher biċ-ċar li ma tistax tissaporti aktar il-maskra kull fejn kważi tmur. Hi ssemmi wkoll l-idea li b’xi mod il-festi li għadhom ġejjin b’xi mod ħa jsiru xorta waħda.
“Il-festi ħa jkomplu li mhux fair għal min diġa’ għaddietlu… dawk li għandhom il-praċett u l-griżma jridu joqogħdu bil-visor!! Ma naqbel xejn għax ħa jitfottewlhom ir-ritratti”.
Tagħlaq billi tisħaq li l-maskri messhom jitneħħew u li wasalna f’punt li fl-opinjoni tagħha għalxejn qed nilbsuhom. “Lanqas ħaqq il-qtugħ ta’ nifs li tqabbad lili l-ewwel waħda l-maskra”. Inti taqbel magħha li n-nies għandhom jitħallew mingħajr maskra?
Facebook/ Belle Live Show