“Lanqas Inkun Nista’ Nemmen Li Int Kont Hemm” – Omm Eliana Gomez Blanco

bdiet Alison fuq il-midja soċjali. Alison hija omm Eliana Gomez Blanco li s-sena l-oħra kienet ipparteċipat fil-Junior Eurovision Song Contest fil-Polonja, bil-kanzunetta We Are More.





Omm Eliana kompliet billi kitbet: “Ħolma li bdejt tirsisti għaliha minn meta kont għadek żgħira. Meta nara l-filmati lanqas inkun nista’ nemmen li int kont hemm, fuq dak il-palk u li kantajt quddiem dawk l-eluf ta nies. Esperjenza li nibqgħu ngħożżuha tul ħajjitna kollha.”



“Ibqa’ stinka għal dak li tixtieq,  ibqa’ dik it-tfajla determinata li tiġri wara l-ħolm tagħha u fuq kollox ibqa’ itla’ tarġa tarġa u żomm saqajk mal-art bħalma dejjem għamilt.”

Alison spiċċat il-messaġġ tagħha billi rringrazjat minn qalba lil dawk in-nies li emmnu f’Elena, li bis-saħħa tagħhom ħadet din l-esperjenza.

Kull min jixtieq jarah, il-Ħadd li ġej se jkun qed jixxandar il-Junior Eurovision Song Contest, u n-nies jistgħu jivvutaw għal Malta.

Facebook/Alison Gomez Blanco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI